Euro diġitali
L-euro diġitali jkun forma diġitali ta’ flus kontanti, maħruġ mill-bank ċentrali u disponibbli għal kulħadd fiż-żona tal-euro.
Qed naħdmu mal-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro biex nistudjaw il-possibilità li jinħareġ euro diġitali. Dan ikun munita diġitali ta’ bank ċentrali, ekwivalenti elettronika għall-flus kontanti. L-euro diġitali jikkumplimenta l-karti tal-flus u l-muniti, u jagħti lin-nies għażla addizzjonali dwar kif iħallsu.
Euro diġitali
Il-flus tal-Bank Ċentrali f'forma diġitali, disponibbli għal kwalunkwe ħlas elettroniku fi ħwienet, online jew minn persuna għal persuna
Mistoqsijiet Komuni
Kif se jgħinni l-euro diġitali? L-euro diġitali kif se jkun differenti mill-istablecoins u l-kriptoassi? L-euro diġitali jieħu post il-flus kontanti? Iċċekkja t-tweġibiet għall-mistoqsijiet komuni hawnhekk.
Rendikont dwar l-euro diġitali
Dan ir-rapport jippreżenta s-sejbiet tal-ħidma li l-Eurosistema wettqet matul il-fażi ta’ investigazzjoni tal-euro diġitali, li damet minn Ottubru 2021 sa Ottubru 2023.
L-AĦĦAR PUBBLIKAZZJONIJIET DWAR L-EURO DIĠITALI
SIBHOM HAWN
L-euro diġitali fir-rigward ta’...
... kriptoassi
Peress li euro diġitali jkun appoġġat minn bank ċentrali, dan ma jkunx kriptoassi. Il-banek ċentrali għandhom mandat biex iżommu l-valur tal-flus, irrispettivament minn jekk humiex fiżiċi jew diġitali. Il-kriptoassi mhumiex sostnuti jew ġestiti minn xi istituzzjoni ċentrali u ma hemm l-ebda garanzija li tista’ tiskambjahom ma’ flus kontanti meta jkollok bżonn.
X’inhi d-differenza?...investimenti.
L-euro diġitali għandu jintuża prinċipalment bħala mezz ta’ ħlas aktar milli bħala strument għall-investimenti finanzjarji. Qegħdin neżaminaw din il-kwistjoni bir-reqqa biex nevitaw konsegwenzi negattivi għas-settur finanzjarju. L-euro diġitali għandu jkun ġid pubbliku li jkun ta’ benefiċċju għall-ekonomija u s-soċjetà kollha kemm hi.
L-euro diġitali u l-evoluzzjoni tas-sistema finanzjarja... ħlasijiet pan-Ewropej
Il-mod kif inħallsu għaddej minn bidla fundamentali, u l-banek ċentrali għandhom rwol ewlieni x’jaqdu f’dan il-proċess. Il-ħlasijiet Ewropej għandhom ikunu sostnuti minn suq kompetittiv u innovattiv li kapaċi jissodisfa d-domanda tal-konsumatur filwaqt li jippreserva s-sovranità Ewropea. Biex jiġri dan stabbilixxejna strateġija komprensiva ta’ ħlasijiet għall-era diġitali.
L-istrateġija tal-ħlasijiet bl-imnut tagħnaIl-Podcast tal-BĊE:
Euro diġitali: xiex, għaliex, meta? (Parti 1 u 2)
Għandna bżonn euro diġitali? U għaliex għandna bżonnu? Kif se jkun? U kif se jkun differenti minn mezzi oħra ta’ ħlas? Il-preżentatriċi tagħna Katie Ranger tagħmel dawn il-mistoqsijiet lill-espert dwar l-euro diġitali Evelien Witlox.
Isma’ l-episodji tal-podcastL-euro diġitali, demistifikat
Qed inħejju għall-possibbiltà li noħorġu euro diġitali. Dan qed iqajjem ħafna interess − u fehmiet żbaljati — minkejja l-fatt li għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni. Il-preżentatriċi tagħna Stefania Secola u l-kap tal-proġett tal-euro diġitali Evelien Witlox jiċċaraw l-affarijiet.
Isma’ l-episodju tal-podcast